Joe Hart jitneħħa mill-iskwadra Ingliża għat-Tazza tad-Dinja 2018

    Il-goalkeeper ta’ Manchester City li huwa misluf lil West Ham, Joe Hart, tneħħa mill-iskwadra Ingliża għat-Tazza tad-Dinja li se tibda fl-14 ta’ Ġunju, fir-Russja.

    Dan ifisser li l-karriera internazzjonali ta’ dan il-plejer ta’ 31 sena ġiet fit-tmiem tagħha.

    Hart ingħata din l-aħbar ħażina mill-manager innifsu, Gareth Southgate hekk fis-sigħat li ġejjin se jħabbar l-iskwadra proviżorja.

    Hart kien qed jittama li jintgħażel bħala t-tielet goalkeeper wara Jordan Pickford (Everton), Jack Butland (Stoke City). Iżda Nick Pope ta’ Burnley ġie ppreferut fil-post tiegħu.

    Huwa lagħab 75 partita għall-Ingilterra.