Everton se jkeċċu lil Sam Allardyce

    Fis-sigħat li ġejjin, Everton mistennija jwaqqfu b’mod ħesrem il-kuntratt tal-kowċ, Sam Allardyce, wara li nħatar fil-kariga, f’Novembru li għadda.

    L-ex kowċ ta’ Watford, Marco Silva, huwa l-kandidat preferut biex ikun is-suċċessur ta’ Allardyce minkejja l-kumplikazzjonijiet relatati għat-tluq tiegħu minn Vicarage Raod.

    Wara ġimgħat ta’ inċertezza dwar il-futur tiegħu, is-sid tat-Toffeemen, Farhad Moshiri, se jiltaqa’ ma Allardyce biex jitwaqqaf il-kuntratt tiegħu u jingħata kumpens.