Manchester United huma kunfidenti li jiffirmaw lil Toby Alderweireld

    Manchester United jinsabu kunfidenti li jiffirmaw lid-difensur internazzjonali Belġjan, Toby Alderweireld, mingħand Tottenham Hotspur

    Ir-Red Devils jemmnu li jistgħu jegħlbu l-isfida tar-rivali tagħhom għall-firma ta’ dan il-plejer ta’ 25 sena li qed jattira wkoll l-interess ta’ Chelsea, Paris St Germain u Barcelona. 

    Għaldaqstant huma lesti li joffrju £40 miljun. Min-naħa tiegħu,  Alderweireld ma jridx jibqa’ ma’ Spurs minħabba li ftit li xejn ġie utilizzat.