Chelsea jridu lill-kowċ ta’ Tottenham

    Is-sid ta’ Chelsea, Roman Abramovich, qed jagħmel dak kollu fil-poter tiegħu biex jakkwista lill-kowċ ta’ Tottenham, Mauricio Pochettino, biex jieħu post Antonio Conte li l-finali tal-FA Cup, ta’ nhar is-Sibt li ġej kontra Manchester United, se tkun l-aħħar responsabbiltá tiegħu fit-team tal-Pensioners.

    Wara li mexxa lil Chelsea għar-rebħ tal-Premier League (2016/17), dan l-istaġun kien wieħed diżappuntanti għal Conte fejn ma rnexxielux iwassal lit-team għall-kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League.

    Aktar minn hekk, ir-relazzjoni bejn Conte u Abramovich ħżienet ferm matul l-aħħar xhur u għaldaqstant m’hemmx triq oħra għall-coach Taljan ħlief li jiltaq mill-kariga tiegħu.

    Minbarra li Pochettino huwa konxju ta’ dan l-interess, Spurs mhux se jħallu lill-kowċ Arġentin jingħaqad mar-rivali ta’ Londra.