Plejer Tork jista’ jkun l-ewwel akkwist ta’ Arsenal

    Arsenal jinsabu ferm viċin li jagħmlu l-ewwel akkwist tagħhom fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf hekk kif xeħtu l-attenzjoni tagħhom fuq id-difensur internazzjonali Tork ta’ Freiburg, Caglar Soyuncu.

    Il-Gunners fetħu taħditiet mal-club Ġermaniż wara li ntlaħaq ftehim personali mal-plejer li minkejja li għandu 21 sena huwa jippossjiedi potenzjal straordinarju  tant li huwa regolari kemm fit-team ta’ Freiburg kif ukoll fin-nazzjonali Tork.

    Filwaqt li l-offerta tal-Gunners hija dik ta’ €40 miljun, Bayern Munich jinsabu wkoll interessati fis-servizzi tiegħu.