Marco Verratti l-mira ewlenija ta’ Juventus

    Fit-tentattiv li jkomplu jsaħħu l-iskwadra, Juventus għamlu lill-attakkant internazzjonali Taljan ta’ Paris St Germain, Marco Verratti, bħala l-mira ewlenija fis-suq tat-trasferiment tas-sajf li ġej

    Fil-bidu tal-istaġun, huwa kien ferm viċin li jingħaqad ma’ Barcelona  iżda dan it-trasferiment qatt ma seħħ minħabba li l-club Franċiż bl-ebda mod ma ried iċedi lil dan il-plejer ta’ 25 sena.

    Minkejja li Verratti jinsab kuntent jilgħab fil-Kampjonat Franċiż, Juventus xorta waħda se jagħmlu minn kollox biex jikkonvinċuh jingħaqad magħhom.

    Huwa vvalutat li jiswa €50 miljun.