Real Madrid għadhom interessati f’Kylian Mbappe

    Real Madrid għadhom interessati li jakkwistaw il-firma tal-attakkant internazzjonali Franċiż ta’ Monaco, Kylian Mbappe.

    Fis-suq tat-trasferiment tas-sajf huma fallew milli jingaġġawh wara li aċċetta li jiffirma ma’ Paris St Germain b’self, b’għażla li jiffirmawh b’mod permanenti.

    Iżda l-Madrileni issa huma determinati li jidħlu fuq il-Pariġi u “jisirqu” t-trasferiment ta’ dan il-plejer ta’ 19-il sena li huwa vvalutat €200 miljun.