Manchester United iridu lil Gareth Bale iżda ...

    Manchester United jinsabu lesti li joffru plejer  kif ukoll flus għall-firma tal-attakkant internazzjonali ta’ Wales, Gareth Bale.

    Ir-Reds Devils huma mistennija joffru lil Real Madrid €60 miljun kif ukoll lil Anthony Martial. Iżda l-Madrileni jridu ferm aktar minn din l-offerta.

    Wara li Bale dam 18-il xahar barra mill-azzjoni minħabba li kien qed jirkupraw minn injury, sabha ferm diffiċli biex jirbaħ post regolari.

    Il-president tal-club, Florentino Perez, sostna li Bale jiswa €100 miljun.