Manchester United lesti li jħallsu mal-€200 miljun għal Neymar

    Rapporti fil-media Ingliża qed isostnu li l-kap eżekuttiv ta’ Manchester United, Ed Woodword qed iħejji s-somma ta’ £200 miljun biex ir-Red Devils jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Brażiljan, Neymar, mingħand Paris St Germain.

    Min-naħa tal-plejer ta’ 26 sena, qed jitlob salarju ta’ £30 miljun fis-sena. Jekk il-United huma lesti li jagħtu din il-paga, Neymar imur jilgħab fil-Premier League Ingliż.