Lionel Messi ma jridx tliet plejers fit-team ta’ Barcelona wara t-telfa kontra Levante

    Wara t-telfa umiljanti ta’ 5-4 kontra Levante li fiha anke tilfu r-rekord ta’ bla megħluba, l-attakkant internazzjonali Arġentin ta’ Barcelona, Lionel Messi, saħaq li ma jridx tliet plejers li jibqgħu fit-team.

    Messi, li ma kienx fl-iskwadra, sostna li l-club għandu jneħħli lil Ousmane Dembele, Nelson Semedo u Yerry Mina minħabba li mhumiex tal-livell mixtieq biex jilagħbu għall-club.

    Dawn it-tliet plejers huma kollha ġodda. Filwaqt li Dembele u Semedo ffirmaw mal-club fil-bidu tal-istaġun, Mina ngħaqad magħhom f’Jannar li għadda. Peró ftit li xejn ingħataw iċ-ċans li jilagħbu.