Imut ex-plejer ta’ Aston Villa u Bolton

    It-Tlieta wara nofs in-nhar ħarġet l-aħbar li l-ex-plejer ta’ Aston Villa u Bolton Wanderers, l-internazzjoanli ta’ Trinidad & Tobago, Jlloyd Samuel, miet fl-etá ta’ 37 sena wara li kien involut f’aċċident tat-traffiku, f’Cheshire.

    Rapporti qed isostnu li huwa kien involut f’ħabta kerha ma’ trakk wara li mar iwassal lit-tfal tiegħu l-iskola. Huwa ma kellu l-ebda ċans li jsalva minħabba li l-karozza tiegħu ħadet in-nar mill-ewwel.