“Jekk jogħġbok pa, ibqa’ żomm sod. Inħobbok dejjem” - Bint il-kuntistabbli Simon Schembri

    “Jekk jogħġbok pa, ibqa’ żomm sod. Inħobbok dejjem.” Dan kien il-messaġġ ta’ qsim il-qalb li bint il-kuntistabbli Simon Schembri tellgħet fuq il-midja soċjali hekk kif saret taf bl-aħbar li missierha ndarab b’mod serju wara li ttajjar minn żagħżugħ ta’ 17-il sena u tkaxkar għal distanza konsiderevoli tul Triq Ħal Qormi, f’Ħal Luqa.

    L-aħbar li ġriet bħal leħħa ta’ berqa kmieni dalgħodu ħalliet lil bosta xxukjati. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.40 a.m., bl-inċident jinqala’ wara li l-kunstistabbli Schembri waqqaf liż-żagħżugħ, li kien qed isuq vettura tat-tip Mercedes, sabiex jitolbu d-dokumenti neċessarji.

    Jidher li kien f’dan il-mument li ż-żagħżugħ saq, tajjar u kaxkar lill-kunstistabbli Schembri tul Triq Ħal Qormi. Minn hawn iż-żagħżugħ ħarab minn fuq il-post sakemm eventwalment ħabat fl-inħawi f’Ta’ Kandja. Huwa pprova jaħrab minn fuq il-post madankollu huwa nqabad mill-Pulizija ftit tal-ħin wara.