“Itolbu, itolbu, itolbu għall-għażiż Simon.” Hekk qal il-President tal-Police Officers’ Union, l-Ispettur Sandro Camilleri, b’referenza għall-inċident li seħħ dalgħodu meta żagħżugħ tajjar lill-kuntistabbli Simon Schembri u kaxkru għal diversi metri tul Triq Ħal Qormi, f’Ħal Luqa.
Wara ż-żagħżugħ ta’ 17-il sena ħarab minn fuq il-post fejn laqat vettura oħra u eventwalment spiċċa ħabat f’ħajt fl-inħawi f’Ta’ Kandja. Huwa ħarab fl-għelieqi, bil-Pulizija jaqbduh ftit tal-ħin wara.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook l-Ispettur Camilleri irringrazzja lill-membri tar-Rapid Intervention Unit u tal-iSpecial Investigation Unit “li arrestaw f’ħin qasir lil dak li vilment u bi ħdura tajru u baqa’ jkaxkru u jgħaddi minn fuqu”.