Reżistenza Malta żżeblah bil-Prim Ministru

    Reżistenza Malta nqdiet b’poster tal-Prim Ministru għarwien fi Pjazza Kastilja biex iżżeblaħ bih filwaqt li tikkritika l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment imħaddna mill-Gvern. Fi stqarrija li takkumpanja r-ritratti tal-fotomuntaġġ fi Pjazza Kastilja Reżistenza Malta saħqet li ftit ikunu disposti li jakkwistaw ċittadinanza Maltija li kieku ma kienx għall-aċċess għall-Unjoni Ewropea li tassigura.

    L-istqarrija kompliet tisħaq li dak li kien imwiegħed mill-Prim Ministru qabel ma żvolġiet l-elezzjoni tal-2013 huwa ferm differenti minn dak li twettaq.