Anzjana tweġġa' b'mod serju wara li tirriversja quad bike, taqa' għoli ta' sular u tispiċċa f'għalqa

    Anzjana Għawdxija sofriet ġrieħi serji wara li lbieraħ kienet involuta f’inċident fil-Qala Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 p.m. fi Triq il-Barbaġann.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li l-mara, ta’ 70 sena mill-Qala, kienet qed tirriversja quad bike meta għal xi raġuni waqgħet madwar sular għal isfel u ġiet f’għalqa.

    Hija ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

    Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri li ordnat inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.