Għexieren mejta fil-ftuħ tal-ambaxxata Amerikana f'Ġerusalemm

    Mill-anqas 41 Palestinjan inqatlu u madwar 1,800 oħra ndarbu minn truppi Iżraeljani f’dik li qiegħda titqies bħala l-aktar ġurnata li ħalliet vittmi mill-gwerra f’Gaża lil hawn.

    Il-vjolenza kienet riżultat tal-ftuħ tal-ambaxxata Amerikana f’Ġerusalemm, meqjusa fost il-Palestinjani bħala mossa kontroversjali.

    bla dubju din id-deċiżjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika ħassbet bil-bosta lill-komunità internazzjonali minħabba biża’ li din tista’ tkompli twassal għal iktar tensjoni f’Gaza.

    Il-President Amerikan Donald Trump faħħar din id-deċiżjoni permezz ta’ filmat waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ ta’ din l-ambaxxata.