Attakk suwiċida f’wieħed mill-kwartieri tal-pulizija f’Surabaya... tiżdied is-sigurtà

    Aggressuri li kienu qegħdin bil-muturi tagħhom wettqu attakk suwiċida f’wieħed mill-kwartieri tal-pulizija f’Surabaya, jum biss wara mewġa ta’ splużjonijiet fil-belt Indonesjana.

    Skont l-ewwel rapport, l-awtoritajiet qalu li tifla żagħżugħa li kienet mal-imsemmi grupp irnnexxiela ssalva, anke jekk ħalliet mill-anqas għaxar persuni midrubin. Dan ġara biss ftit sigħat bogħod minn attakki li seħħew fi tliet knejjes bl-Istat Iżlamiku jerfa’ r-responsabbilità tagħhom.

    Il-President Joko Widodo ddeskriva dawn l-attakki bħala wieħed “beżżiegħ, nieqes mid-dinjità u l-umanità”, u żied jgħid li mhux se jkun hemm kompromess rigward l-azzjoni biex jieqaf it-terroriżmu.

    L-awtoritajiet qalu li l-pulizija se jkunu qegħdin jingħaqdu mal-forzi militari sabiex tiżdied is-sigurtà madwar il-pajjiż.

    F’dan l-istadju għadu mhux magħruf jekk dawn l-aħħar attakki humiex assoċċjati mal-isplużjonijiet traġiċi tal-Ħadd.