Jinħelsu żewġ turisti Brittaniċi wara li nħatfu jumejn ilu fil-Kongo

    Żewġ turisti Brittaniċi li kienu nħatfu fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo ġew meħlusin. Dan kien ikkonfermat mis-Segretarju għall-affarijiet Barranin Boris Johnson.

    It-turisti, li humarapportati li huma żewġt irġiel, kienu nħatfu flimkien mas-sewwieq li kien qed jakkumpanjahom minn grupp ta’ militanti waqt li kienu qed iżuru lill-Park Nazzjonali ta’ Virunga nhar il-Ġimgħa li għadda.

    F’dan l-inċident kien inqatlet ir-ranger Rachel Masika Baraka, ta’ 25 sena, li kienet qed takkumpanja liż-żewġt irġiel. Is-sewwieq ukoll ġarrab xi ġrieħi.

    Id-Direttur tal-Park, Emmanuel de Merode, qal li Baraka kienet waħda minn 26 ranger mara u dejjem uriet impenn kbir lejn ix-xogħol tagħha.