Raħħal jieħu tiegħu ma' għoġol li ried jixrob biss minn tnejn mill-bżieżel ta' ommu

    Raħħal li jgħix f’Easter Ross fil-Highlands sab rimedju faċli għal waħda mill-baqar tiegħu wara li l-għoġol tagħha beda jixrob biss miż-żewġt ibżieżel ta’ quddiem tagħha u b’hekk spiċċat b’ammont ta’ ħalib miġmugħ fit-tnejn ta’ wara.

    Normalment dan il-ħalib li jinġemgħa jikkawża l-marda tal-mastitis, taħsir fil-ħalib tagħha li jikkawża uġigħ kbir fil-baqar li jkunu qegħdin jipproduċu ħafna ħalib mingħajr ma dan ikun qiegħed jinħaleb

    Ir-raħħal qal li l-għoġol kien qiegħed jixrob il-ħalib dejjem mill-bżieżel u b’hekk fit-tnejn ta’ wara kien qiegħed jibqa’ ħalib akkumulat. Kien għalhekk li r-raħħal għen lill-baqra tiegħu milli titħassar billi uża dan il-bra b’materjal artab biex iħares l-interess tal-baqra. B’dan il-mod bla ma’ jrid l-għoġol kellu jerda mill-bżieżel ta’ wara u b’hekk ma baqax jiġbed minn ta’ quddiem anke jekk dawn ftit li xejn kien baqa’ fihom ħalib.

    Huwa spjega li dejjem hemm l-għażla li wieħed jeħleb il-baqra biex titnaqqas il-pressjoni tal-ħalib miġmugħ, iżda ma naqasx milli jwissi dwar il-periklu li jpoġġu ruħhom fih l-istess raħħala hekk kif din tista’ twaddab biż-żewġ minħabba uġigħ li jkollha.