Dehra ġdida għall-Burger King ta’ Paceville

    Ir-restorant tal-Burger King f’Paceville reġa’ fetaħ is-Sibt, 28 ta’ April, wara xogħol estensiv ta’ tisbiħ.

    L-istabbiliment ikoniku tal-Burger King issa għandu dehra moderna li tolqot l-għajn u li tilqgħek. F’kontinwità mal-impenn ta’ Food Chain, li toffri lill-klijenti esperjenza mill-aqwa fir-restoranti tagħha, fuq ġewwa ntużaw materjali naturali, kuluri jgħajtu li jagħtu aktar ħajja, u dwal adattati biex ikompli jtejbu l-ambjent. Il-marka Burger King reġgħet ħadet il-ħajja b’din il-laqta distintiva ġdida, bil-grafika użata abbinata mal-ikel, u b’għażla ta’ postijiet komdi fejn toqgħod bilqiegħda tiekol mal-ħbieb. L-istabbiliment ta’ Paceville huwa l-ewwel wieħed li ġie rranġat u msebbaħ bl-aħħar disinn tal-Burger King.

    Il-marka Burger King hi operata f’Malta minn Food Chain Limited, membru tal-Grupp Farsons, b’restoranti f’Paceville, tas-Sliema, il-Mosta, Ħal Qormi u fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.