Is-sbuħija ta’ Sant’Elena taħt il-lenti - wirja fotografika

    Fl-okkażjoni tal-Festa tas-Salib Imqaddes, li ta’ kull sena tkun iċċelebrata f’Birkirkara nhar it-3 ta’ Mejju, din is-sena għall-ewwel darba qed tkun organizzata wirja ta’ fotografija b’immaġini tal-Vara Maestuża ta’ Sant’Elena, meqjuma fil-Kolleġġjata Bażilika dedikata lilha f’Birkirkara stess.

    Esebiti f’din il-wirja se jkun hemm bosta ritratti minn diversi fotografi, li bit-talent tagħhom juru s-sbuħija unika ta’ din il-vara artistika u devota. Dawn ix-xogħlijiet jistgħu jiġu akkwistati permezz ta’ donazzjoni li ser tmur b’risq il-manutenzjoni u tidwil mill-ġdid tal-koppla tal-Bażilika Elenjana.

    Il-wirja se ssir fil-Sagristija tal-Bażilika bejn is-Sibt 28 ta’ April u l-Ħamis 3 ta’ Mejju, jum il-Festa ta’ Santu Kruċ.

    Il-wirja tiftaħ is-Sibt 28 ta' April mill-5.00pm sas-7.30pm, Il-Ħadd 29 ta' April mit-8.00am sa nofsinhar u mill-5.30pm sas-7.30pm, it-Tnejn 30 ta' April mill-5.30pm sas-7.30pm, L-Erbgħa 2 ta' Mejju mill-5.30pm sas-7.30pm u l-Ħamis 3 ta' Mejju mill-5.00pm sad-9.30pm