Segwi l-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar fil-Port il-Kbir minn Forti Sant’Anġlu

    Heritage Malta se tkun qed tiftaħ il-bibien tal-Forti Sant’Anġlu biex id-dilettanti tal-logħob tan-nar isegwu l-ispettaklu li se jittella’ fil-Port il-Kbir nhar it-Tnejn 30 t’April mis-swar maestużi ta’ din il-forti.

    Is-swar tal-Forti Sant’Anġlu joffru l-aħjar post biex jiġi segwit l-ispettaklu tas-17-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar. Matul is-serata l-viżitaturi se jingħataw żjara bi gwida tal-forti kif ukoll ikun provdut ikel matul is-serata. L-attivitá fil-forti tibda fis-7.00pm

    Il-biljetti għad-dħul fil-Forti Sant’Anġlu jiswew €15 u €12 għall-anzjani, studenti u membri ta’ Heritage Malta. Il-biljetti jinkisbu mill-mużewijiet u siti ta’ Heritage Malta jew online, https://shop.heritagemalta.org