650 japplikaw għal ma' ŻfinMalta

    Madwar 650 żeffien minn 25 kumpanija applikaw biex jingħaqdu mal-ewwel kumpanija nazzjonali taż-żfin li se jkun jisimha ŻfinMalta Dance Ensemble.

    Id-direttur artistiku Paolo Mangiola rrimarka li kellu biċċa xogħol diffiċli biex jagħżel il-50 żeffien mara u t-30 żeffien raġel li fil-ġimgħat li ġejjin irid jonqsu iktar.

    Mis-650 żeffien li applikaw sitta biss kienu Maltin b'Mangiola jgħid li hawn bżonn urġenti ta' taħriġ vokazzjoni fl-arti ġewwa pajjiżna.

    Iż-żeffiena tal-kumpanija diġa bdew jitħarrġu biex jieħdu sehem fil-“Carmen, produzzjoni ta' żfin kontemporanju li mit-13 ta' April se żżur tliet lokalitajiet f'Malta.

    Ibbażata fuq l-opra ta' George Bizet li ġġib l-istess isem, il-produzzjoni “Carmen” tinsab f'idejn il-korjografu Spanjol Jose Agudo u għandha lil Yasmin Priyatmoko Bohn fil-parti ewlenija.

    Il-produzzjoni se tittelal fit-13 ta' April fl-awditorju ta' Sant'Agatha fir-Rabat, fil-21 ta' April fit-Teatru Pandora taż-Żejtun u fit-30 ta' April u l-1 ta' Mejju fit-Teatru Astra tar-Rabat, Għawdex.

    Il-fondi għal ŻfinMalta ġejjin mill-Gvern b'Mangiola jgħid li hija responsabbilta tagħhom li biż-żfin jirrikonoxxu dan l-investiment.