Il-Bank Ċentrali jonfoq €13.5 miljuni f’binja... ix-xogħol jaqa’ lura

    Wara mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, irriżulta li l-Bank Ċentali nefaq €13.5 miljun f’binja. 

    Karol Aquilina staqsa kemm swiet il-binja Laparelli tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u għaliex ix-xogħol waqa’ lura. Staqsa kemm suppost inġabru flus f'penali mingħand il-kuntratturi responsabbli mix-xogħlijiet għal dawk ix-xogħlijiet li ma sarux, jew li ma sarux kif suppost jew li ma sarux fil-ħin? Il-Ministru ġie mistoqsi ukoll  jekk kienx hemm penali li ġew maħfura u jekk iva x'kienet ir-raġuni għaliex dawn il-penali ġew maħfura.

    Il-Ministru Edward Scicluna wieġeb li “Binja Laparelli swiet €13,446,952.56 li minnha fadal jitħallas l-ammont ta’ €3,522,915.79. Ix-xogħol li waqa’ lura kien fit-tieni fażi ta’ kostruzzjoni. Fuq dan id-dewmien kienu imposti penali li jammontaw għal €102,660.00. L-ebda penali ma ġew maħfura.”