Tiżvela informazzjoni personali minħabba theddid mill-eks sieħeb tagħha

    Conchita Wurst qalet li għandha l-HIV u li ilha tirċievi trattament regolari għal diversi snin.

    Il-kantanta ta’ 29 sena stqarret li hi xtaqet li żomm din l-informazzjoni privata, iżda li minħabba ex sieħeb tagħha li heddida li kien se jxerred din l-aħbar iddeċidiet li jkun aħjar li dan il-kliem joħroġ minn fomma milli minn terzi persuni.

    Wurst żiedet tgħid li permezz ta’ dan it-trattament regolari rnexxielha tikkontrolla l-virus u li m’hemmx biża’ li hi tgħaddi dan il-virus lil ħaddieħor.

    Fil-messaġġ tagħha hija qalet li tittama li b’din l-azzjoni tagħti tama u kuraġġ lil dawk infettati u li jibżgħu jikkonfrontaw is-sitwazzjoni minħabba l-istigma.

    Il-kantanta Awstrijaka, Wurst kienet rebħet il-Eurovision Song Contest fl-2014.