ARA: "Il-familja tiġi l-ewwel"

    “Wieħed mill-aktar persuni interessanti li tista’ tiltaqa’ magħhom”. Hekk irrefera għalih Nuseir Yassin minn Nas Daily. F’filmat li xerred il-vlogger, eluf ta’ persuni se jkunu jistgħu jiskopru t-talenti ta’ Salvu li huwa wieħed mit-tliet persuni li jgħixu fuq il-gżira ta’ Kemmuna. 

    Fil-filmat Salvu jispjega dwar kif bl-invenzjonijiet tiegħu rnexxielu jagħmel il-ħajja tiegħu aktar sempliċi. Iżda minkejja l-aspirazzjonijiet ta’ Salvu fejn tidħol it-tekonoloġija, salvu jispjega dwar kif hu warrab uħud mill-proġetti tiegħu għax kif jgħid hu stess “il-familja tiġi l-ewwel”.