Arsenal jidħlu fit-taqtiegħa għall-akkwist tal-attakkant Kenedy

    Arsenal daħlu f'taqtiegħa ma' Bayern Munich u PSG biex jakkwistaw il-firma tal-player Brażiljan Kenedy fis-suq tat-trasferimenti dan is-sajf.

    Il-player ta' 22 sena li jilgħab fuq il-linja, huwa player ta' Chelsea iżda jinsab misluf ma' Newcastle. Kenedy sabha diffiċli biex jinserixxi ruħu fit-team ta' Chelsea sew taħt il-coach preżent Antonio Conte kif ukoll  taħt il-predeċessur tiegħu, Jose Mourinho.

    Fi tmien partiti ma' Newcastle, Kenedy skorja żewġ goals fejn il-wirjiet tiegħu ġibdu l-interess ta' diversi clubs kbar Ewropej fosthom ta' Bayern Munich u PSG. Arsenal wukoll qed isegwu mill-viċin lil dan il-player  u besiebhom jidħlu f'negozjati għalih fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf.