Barcelona jwaqqfu rekord ġdid

    Barcelona waqqfu rekord ġdid, hekk kif għandhom ma ġewx megħluba f’39 logħba  fil-kampjonat Spanjol meta kisbu rebħa minima ta' 2-1 kontra Valencia. 

    Il-goals tal-Blaugrana waslu minn Luis Suarez u Samuel Umtiti, filwaqt li penalty skorjat minn Daniel Parejo naqqas id-distakk għal Valencia.

    Huma irnexxielhom jiksru rekord ta' Real Sociedad ta' 38 partita mhux megħluba fl-istaġuni 1978-79 u 1979-80.

    Barcelona jonqoshom biss seba' punti oħra biex jirbħu l-kampjonat Spanjol dan l-istaġun.