Jose Mourinho jiddeskrivi lill-players bħala kaptani tal-kumplikazzjoni

    Il-coach ta' Manchester United, José Mourinho, ikkritika lill-players tiegħu u qal li kienu: "kaptani tal-kumplikazzjoni" wara t-telfa ta' 1-0 kontra West Brom, f'Old Trafford.

    Din it-telfa fissret li Manchester City ġew inkurunati champions tal-Premier League, hekk kif il-United jinsabu 16-il punt taħt il-leaders meta fadallhom biss ħames logħbiet x'jintlagħbu.

    Kienet daqqa ta' ras minn Jay Rodriguez li assigurat ir-rebħa lil WBA.

    "Kienet reazzjoni ħażina wara r-rebħa ta' Manchester City u konsegwenza ta’ hekk kellna riżultat ta' football kumplikat. Konna team mingħajr ideat u ħallejnihom iħossuhom komdi," qal Mourinho.