Gianluigi Donnarumma jikser rekord ...

    Il-goalkeeper ta' AC Milan, Gianluigi Donnarumma, kiser ir-rekord tal-aktar player żagħżugħ li lagħab il-100 logħba fis-Serie A, fil-partita kontra Napoli, nhar il-Ħadd.

    Donnarumma ta' 19-il sena iddefenda l-lasta tar-Rossoneri fil-partita li ntemmet fi draw ta' mingħajr goals u  rnexxielu jikser ir-rekord ta' players oħra bħal Gianni Rivera, Silvio Piola, Roberto Mancini, Paolo Maldini u Francesco Totti.

    Donnarumma irnexxielu jgħaddi lil Gianluigi Buffon, li kien għaqqad il-10 partita fl-eta' ta' 21 sena fl-1999. 

    Donnarumma iddebutta fl-ewwel team ta' AC Milan kontra Sassuolo f'Ottubru 2015, fl-etá ta' 16-il sena u tmien xhur.