Il-president ta' Napoli jistqarr li ma jistax iżomm lill-coach milli jitlaq

    Il-president ta' Napoli, Aurelio De Laurentiis,  stqarr li ma jistax iżomm lill-coach Maurizio Sarri milli jitlaq minħabba li għandu klawsola ta' release għas-somma ta' €8 miljuni fil-kuntratt tiegħu.

    Sarri qed jiddiskuti biex iġedded il-kuntratt  mal-Partenopei, iżda xejn m’hu ser iwaqqfu milli jingħaqad ma' Chelsea, Arsenal, Paris Saint-Germain jew ma' club ieħor.

    "Il-kuntratt ta' Sarri ġie ffirmat u ddepożitat għal tliet snin, iżda fid-dinja tal-football kollox jiġi mpoġġi f'dubju minkejja li jkun hemm kuntratt," qal De Laurentiis.