Andrea Agnelli "Ejja ma ngħixux għad-diżappunt"

    Il-president ta' Juventus Andrea Agnelli qal li club ma jistax jgħix għad-diżappunt iżda biex jilħaq l-obbjettivi, fejn irid jiffoka fuq ir-riżultati li jrid jilħaq.

    Il-Bianconeri sfaw eliminati minn Real Madrid minkejja li rebħu 3-1 fi Stadio Bernabeu fiċ-Champions League.

    "L-iżvilupp tal-club hu l-aħjar riżultat.  Nirringrazzja lill-partitarji li jinsabu fid-dinja kollha li jxerrdu l-passjoni għall-club tagħna.  Xtaqt li jkollna riżultat differenti fiċ-Champions League, iżda xogħlna hu li nħarsu 'l quddiem. Ma nistgħux ngħixu għad-dispjaċir, iżda biex nilħqu l-għanijiet u niffukaw fuq ir-riżultati li rridu nġibu,"  tenna s-sid ta' Juventus Andrea Agnelli.