Boca Juniors iridu lill-goalkeeper Gianluigi Buffon

    Boca Juniors qed juru interess kbir fil-goalkeeper ta' Juventus, Gianluigi Buffon.

    Boca huma ppreparati li joffru kuntratt ta' sena lil Buffon meta għad hemm dubju jekk il-goalkeeper Taljan hux ser ikompli jilgħab fl-istaġun li ġej jew le. 

    Il-club Arġentin qed jikkunsidra lil Buffon wara li Willy Caballero ta' Chelsea u Sergio Romero ta' Manchester United irrifjutaw li jissieħbu magħhom.

    Boca Juniors għandhom rapport tajjeb ma' Juventus wara li saru trasferimenti ta' Carlos Teves u Rodrigo Bentancur fis-snin li għaddew.

    Boca qed jittammaw li jakkwistaw lil Buffon qabel il-logħbiet tal-Copa Libertadores f'Awwissu li ġej,.