BURGER KINGĀ® tafda fl-aħjar imnieħer

    Il-WHOPPER® Dog jagħmel ix-xewqa ta’ ammiratur nieqes mid-dawl realtà

    Tista’ dduqha u xxommha: ir-riħa tal-burgers mixwijin tal-BURGER KING® hi waħda unika u popolari madwar id-dinja kollha. Għalhekk, il-BURGER KING® qed twettaq xewqa billi tieħu vantaġġ minn speċi li għandha mnieħer speċjali biex taqbad preċiżament minn fejn tkun ġejja r-riħa. B’dan il-mod il-marka qed tgħin ammiratur tal-WHOPPER® biex ikun jista’ isib l-eqreb restorant tal-BURGER KING® permezz tal-kelb
    il-“WHOPPER® Dog”. 

    Nathan għandu 29 sena, nieqes mid-dawl u jħobb il-ħajja. Il-passjoni tiegħu: il-burgers mixwijin tal-BURGER KING®. Lill-kelb tiegħu Flynn, li għalih huwa kumpanija leali, qatt ma jħallih waħdu. Biex jiekol u jgawdi l-burgers meta jkun jixtieqhom, Nathan ġietu idea stupenda: li jgħaqqad dak li hu ovvju. Peress li Flynn għandu l-aħjar imnieħer fir-raħal u jgħin lil Nathan fil-ħajja ta’ kuljum, Nathan staqsa lill-BURGER KING® għall-possibbiltà li jħarreġ lil Flynn fuq ir-riħa speċjali ta’ dawn il-burgers mixwijin. Il-BURGER KING® tixtieq li kull ammiratur tagħha jkollu ċ-ċans igawdi dawn il-burgers kull meta jkollu aptithom u, għalhekk, it-tweġiba bla tlaqliq kienet “IVA”. Flynn ingħata t-taħriġ biex jagħraf ir-riħa tal-burgers. Fil-pożizzjoni l-ġdida tiegħu ta’ “WHOPPER® Dog”, iwassal lil sidu Nathan fl-eqreb restorant tal-BURGER KING® meta jagħtih din l-istruzzjoni. Bis-saħħa ta’ Flynn, Nathan issa jista’ jgawdi ħinu għand il-BURGER KING®, fejn u kull meta jixtieq. Il-BURGER KING® ġibdet filmat tal-proċess u ħarġet filmat ta’ Nathan u Flynn li tista’ tarah minn hawn: www.facebook.com/bkmalta.   

    Isabelle Hyzler, Marketing Executive tal-Food Chain, qalet li, “Il-filmat tal-WHOPPER® Dog jinkludi suġġett relevanti. Fl-istess ħin huwa prova li l-burgers tagħna mhumiex tajbin biss fit-togħma, imma wkoll għal ħaġa bħal din, biex wieħed isib l-aħjar burgers bir-riħa.” 

    Il-BURGER KING® tinsab ħerqana biex tilqa’ lil kull ammiratur tal-WHOPPER® fir-restoranti tagħha – ma tagħmilx differenza jkunx individwu jew assistent żgħir ta’ xi ħadd li jaqsam l-istess passjoni għall-burgers mixwijin.

    Il-kumpanija internazzjonali BURGER KING® topera f’Malta minn Food Chain Limited, membru tal-Grupp Farsons.