Persuni arrestati b’rabta ma’ kaċċa illegali

    Ilbieraħ għall-ħabta tas-6.30 p.m, ħidma mis-Sezzjoni tal-Administrative Law Enforcement (ALE), wasslet għall-arrestat  ta’ żewġ persuni, wara li dawn inqabdu f’attivita` ta’ kaċċa llegali fi staġun magħluq, fl-inħawi ta’ Ħal Għaxaq.

    Iż-żewġ persuni li għandhom 20 u 47 sena rispettivament, huma residenti Ħal Għaxaq u mistennija jistressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

    Aktar tard ilbieraħ stess, ġie arrestat raġel ieħor ta’ 42 sena, li ukoll jirrisjedi ġewwa Ħal Għaxaq u li kien qiegħed għall-kaċċa fi staġun magħluq u kien ukoll qed jagħmel użu minn arma tan-nar immodifikata. Aktar investigazzjonijiet fuq dan il-każ għadhom għaddejjin u l-persuna ser jitressaq il-Qorti aktar ‘il quddiem.