Iżrael se jeħles 200 immigrant Afrikan li kienu arrestati waqt li qed jistennew li jiġu deportati

    Iżrael mistenni li jeħles madwar 200 immigrant Afrikan li kienu qed jinżammu arrestati sakemm jiġu deportati. Dan se jkun qiegħed iseħħ minħabba li d-diskussjonijiet dwar id-deportazzjoni tagħhom għaddejjin. 

    Il-gvern Iżraelit ilu żmien jipprova jif nalizza ftehim mal-Uganda biex dan il-pajjiż jerġa’ jieħu l-immigranti lura. Dawn kienu waslu f’Iżrael bil-mixi u kienu għaddew mill-fruntiera Eġizzjana f’dan l-aħħar deċenju. 

    Ħafna mill-200 raġel li se jinħelsu kienu ntbagħtu f’ħabs d-deżert x-xhur li għaddew fejn hemmhekk kienu qed jistennew li jiġu deportati lejn l-Uganda. Iżda minħabba li n-negozjati dwar ftehim mal-Uganda għadhom għaddejjin, il-Ministru tal-Intern Iżraelit li dan l-aħħar iffaċċja akkużi minn gruppi li jaqbżu għad-drittijiet umani ħareġ stqarrija li tgħid li dawn l-immigranti se jkunu qed jinħelsu.

    Il-Gvern Iżraelit qal li f’pajjiżu hemm madwar 37,000 immigrant u dawn daħlu bil-għan li jsibu xogħol, lwaqt li qal li huwa għandu kull dritt li jipproteġi l-fruntieri tiegħu. Min-naħa tagħhom gruppi tad-drittijiet umani qalu li dawn in-nies telqu minn pajjiżhom biex isibu ażil minħabba l-gwerer u persekuzzjoni f’pajjiżhom. Madwar 4,000 immigrant ħallew lil Iżrael lejn Rwanda u l-Uganda mill-2013 ’il hawn programmi volontarji, iżda l-Prim Ministru Benjamin Netanyahu baqa’ jiffaċċja pressjoni qalila biex ikeċċi iktar immigranti. Din il-pressjoni ssir l-iktar minn partiti lemini.

    Nhar il-ġimgħa li għaddiet l-Uganda kienet stqarret għall-ewwel darba li hija tinsab f’diskussjoni biex tieħu lura 500 immigrant. Iżda din għamiltha ċara li hija taċċetta biss nies li jkunu telqu b’mod volontarju u mhux b’deportazzjoni sfurzata. 

    Iżrael kien beda jagħti notizzji lill-immigranti rġiel mill-Eritrea u s-Sudan f’Jannar li għadda. 

    F’din in-notizzja huma ngħataw l-għalża li jitilqu voltontarjament u b’hekk jitħallsilhom il-passaġġ tal-ajru kif ukoll jingħataw $3,500. Jekk le huma jkunu qegħdin jirriskjaw li jispiċċaw arrestati sakemm jiġu deportati.