Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara li jinqaleb bil-mutur fl-Iklin

    Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li nqeleb fl-Iklin. L-inċidnet seħħ għall-ħabta tat-3.30 p.m. fi Triq Ġeronimo Abos. 

    Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li s-sewwieq tal-mutur, raġel mill-Pakistan ta’ 32 sena, residenti Ħaż Żabbar, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur Yamaha Krypton li kien qed isuq u nqeleb.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi ta’ natura gravi.

    L-investigazzjoni dwar dan l-inċident għadha għaddejja.