Jum il-Bizzilla f’Għawdex

    Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Bizzilla, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana żaret l-attività li saret fil-kampus ta’ Għawdex tal-Università ta’ Malta. Waqt din l-attività l-Ministru Caruana saħqet dwar l-importanza tal-artiġjanat Għawdxi, li hu ta’ kwalità distintiva, u li matul iż-żminijiet mhux biss kien mezz ta’ għajxien għall-familji Għawdxin imma wkoll akkwista isem għall-preġju u kwalità tiegħu. 

    Il-Ministru għal Għawdex fakkret kif il-ministeru qed isostni l-artiġjanat bdiversi modi, fosthom skemi ta’ taħriġ u promozzjoni ta’ niċeċ partikolari. Justyne Caruana qalet ukoll li l-Ministeru għal Għawdex isostni l-programmi u korsijiet li jingħataw mill-Università ta Malta  fGħawdex u esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-interess li hemm fGħawdex partikolarment fil-bizzilla. Dan jirriżulta wkoll mid-domanda li hemm għal dan is-suġġett fiċ-ċentri ta’ matul il-jum tal-anzjani, kif ukoll għall-kors li se jibda fGħawdex stess fl-Università ta Malta flivell ta’ diploma, liema kors se jibda fOttubru li ġej.

    Għal din l-attività kien hemm seminar indirizzat minn Consiglia Azzopardi, kif ukoll tnedija tal-patterns għal din is-sena fejn spikkat tifkira bix-xbieha tat-Tieqa tad-Dwejra.

    Il-Ministru għal Għawdex żaret ukoll il-wirja tal-OIDFA – Koperattiva Għawdxija tal-Bizzilla u Artiġjanat.