Kalkariż iweġġa' gravi wara li jaqa' żewġ sulari f'Wied il-Mielaħ

    Raġel Kalkari sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ mill-għoli f’Wied il-Mielaħ, fil-limiti tal-Għarb Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12.45 p.m.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li r-raġel, ta’ 24 sena, waqa’ minn madwar żewġ sulari għoli.

    Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assitew lill-vittma u fuq il-post issejħet ukoll ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex biex jingħata l-kura meħtieġa.

    Aktar tard hwua ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.