ARA: “Miraklu” f'Pompei? Patri Dumnikan Malti jgħid li dan huwa sinjal biex nikkonvertu u nitolbu

    Filmat li nġibed f’Pompei ħoloq lok għal diskussjoni. Il-filmat, li fi ftit sigħat rawh mijiet ta’ persuni, juri l-moviment f’daqqa tal-kuruna tar-rużarju f’idejn l-istatwa poġġuta fuq il-faċċata tas-Santwarju ta’ Pompei. U dan minkejja li dawk preżenti saħqu li ma kien hemm l-ebda riħ f’dak il-mument partikolari.

    Sadanittant ħafna saħqu li dan huwa miraklu, fosthom Patri Dumnikan Malti li kiteb li dan huwa sinjal minn Alla biex nikkonvertu u nitolbu, u anke ngħidu r-rużarju.