Manchester United viċin Samuel Umtiti

    Manchester United mistennija jkunu attivi mill-ġdid fis-suq tat-trasferimenti fis-sajf li ġej hekk kif José Mourinho mistenni jsaħħaħ l-iskwadra biex jisfida għat-titlu tal-Premier League u ċ-Champions League fl-istaġun li ġej.

    Minkejja l-akkwist ta' Victor Lindelof mingħand Benfica u difensuri bħal Phil Jones u Chris Smalling, Mourinho qed ifittex li jsaħħaħ id-difiża ċentrali u player li qed  jissemma’ hu dak ta' Samuel Umtiti ta' Barcelona.  Ir-Red Devils jidhru viċin li jakkwistaw lill-player ta' 24 sena.  Umtiti għadu ma ddikjarax x'inhi l-intenzjoni tiegħu wara li ddeċieda li ma jġeddidx il-kuntratt mal-Blaugrana.

    Samuel Umtiti għandu klawsola tar-release għas-somma ta' £52 miljun.