Bruce Grobbelaar jemmen li Liverpool jistgħu jegħlbu lil Roma

    L-ex goalkeeper Bruce Grobbelaar,  rebbieħ tat-Tazza Ewropea, fl-1984 ma' Liverpool kontra Roma, jinsab kunfidenti li l-ex team tiegħu jistgħu jegħlbu lill-club Taljan mill-ġdid. 

    Liverpool ser jiltaqgħu kontra Roma fis-semi-finali taċ-Champions League u din ser tkun l-ewwel darba li ser jiltaqgħu wara l-finali tal-1984 li kienet ġiet deċiża bil-penalties, wara li l-partita kienet intemmet fid-draw ta' 1-1 fi Stadio Olimpico.

    L-ex goalkeeper tar-Reds, Grobbelaar, ċertament ser jibqa' mfakkar għal mod kif żegleg saqajh u rnexxielu jidistratta lil Bruno Conti u lil Giuseppe Graziani li fallew il-penalty tagħhom. Il-goalkeeper minn Zimbabwe

    M’għandu l-ebda dubju "Għandna ċans kbir li nirbħu s-semi-finali u anke l-finali. Wieħed ma jridx jinsa li l-football ġie ivvintat mill-Ingliżi.  Roma kienu mġienen li biegħu lil Mohamed Salah jew inkella veru kellhom bżonn il-flus?”