Mohamed Salah fil-lista tal-Aqwa Players fil-Premier League

    L-attakkant internazzjonali Eġizzjan ta' Liverpool, Mohamed Salah, jinsab fil-lista biex jingħażel ir-rebbieħ tal-Aqwa Player fil-Premier League ta' dan l-istaġun.

    Salah jeħtieġlu jegħleb il-konkorrenza ta' tliet players ta' Manchester City inkluż ta' Kevin de Bruyne jekk irid isegwi l-passi ta' Luis Suarez u Steven Gerrard.

    L-Eġizzjan jinsab f'lista ta' sitt players wara li kellu staġun memorabbli f'Anfield fejn skorja 340 goal s’issa. Minbarra Salah u De Bruyne hemm players oħra fosthom Leroy Sane u David Silva ta' Manchester City, il-goalkeeper ta' Manchester United David de Gea u l-attakkant ta' Tottenham Harry Kane.

    Ir-rebbieħ ser jitħabbar f'serata tal-premjazzjoni annwali, f'Londra, fit-22 ta' April.