Il-mara tar-referee, Michael Oliver, fil-mira ta' attakki mill-partitarji ta' Juventus

    Il-mara tar-referee, Michael Oliver, sfat fil-mira ta' attakki fuq il-mezzi soċjali mill-partitarji ta' Juventus, wara li l-Bianconeri sfaw eliminati minn Real Madrid b'penalty mogħti fil-ħin miżjud.  Oliver kien fil-mira ta' attakk mill-goalkeeper veteran Taljan, Gianluigi Buffon, wara li dan tkeċċa mill-uffiċjal tal-logħba.  Buffon iddeskriva lir-referee bħala "annimal" u "li għandu landa taż-żibel minflok qalb".

    Partitarji rrabjati ta' Juventus infexxew f'tgħajjir lejha u lejn żewġha fuq Twitter.  Fost kliem dispreġġattiv, wissew lil żewġha biex ma jersaqx lejn l-Italja."

    Kummentaturi sportivi ġabu dan l-aġir għal attenzjoni tal-istampa u talbu lil Buffon biex jiskuża ruħu għal kummenti li għamel, ħalli sitwazzjoni tikkalma.