Spanjol isofri ġrieħi gravi wra li jittajjar fil-Furjana

    Spanjol sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ filgħaxija ittajjar fil-Furjana. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.50 p.m. fi Triq Sant’Anna.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li r-raġel Spanjol, ta’ 55 sena, safa milqut minn vettura tat-tip Peugeot 308 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 71 sena residenti l-Mellieħa.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.