Liġi biex tagħti poter lill-Kummissjoni Elettorali tgħodd il-voti b’mod elettroniku

    Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi hekk kif fetaħ id-diskussjoni dwar l-att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali qal li l-Kummissjoni Elettorali eżaminat il-liġi tal-elezzjoni ġenerali u dik tal-kunsilli lokali u ġie deċiż li jsiru emendi.   F’din il-liġi qed jiddaħħal artikolu ġdid fejn issa dan se jippermetti li l-Kummissjoni Elettorali timxi biex l-għadd tal-voti isir b’mod elettroniku.  

    Il-Ministru qal li mhux il-votazzjoni se tkun b’mod elettroniku imma l-għadd tal-voti.  Spjega li l-proċess illum idum wisq.