Jinġurja Pulizija waqt li kien fis-sakra

    Pollakk ta’ 42 sena, li huwa residenti f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan, kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena u mmultat €800 wara li ammetta li inġurja Pulizija waqt li kien fis-sakra.

    Marcin Tomasz Wolski ammetta wkoll li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu m’obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija, li b’mod volontarju kiser il-kwiet tal-pubbliku b’għajjat u ġlied, li kien fis-sakra u li xeħet ilma fuq is-Surġent Ivan Attard. 

    Fil-Qorti, huwa qal li ddispjaċih għal dak li kien għamel u talab skuża. Huwa wieġeb li kien ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

    Wolski kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena u kien immultat is-somma ta’ €800.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef.