Donnarumma jinsab kalm u kuntent

    Il-goalkeeper ta' AC Milan, Gianluigi Donnarumma, insista li jinsab kalm u kuntent minkejja diversi xnigħat li ser jitlaq lir-Rossoneri.

    Hemm diversi rapporti li r-relazzjoni bejn missieru u d-direttur sportiv Massimiliano Mirabelli ħżienet ħafna. Minbarra dan anke l-aġent tal-player Mino Raiola wkoll  m’għandux relazzjoni tajba mad-direttur sportiv.

    Minkejja l-akkwist imminenti ta' Pepe Reina ma' AC Milan wara li nhar it-Tlieta għamel it-test mediku b’suċċess, Donnarumma insista li jinsab kuntent mar-Rossoneri.

    "Ninsab kalm u kuntent mal-club.  Ir-rebħa kontra Genoa tagħtina kunfidenza għal-logħba kontra Arsenal fl-Europa League. Sejrin Londra u ma għandna xejn x'nitilfu."