Aktar investigazzjonijiet dwar Stefan de Vrij

    L-aġenzija Taljana kontra doping ħabbret li ser ikun hemm aktar investigazzjonijiet wara li tkellmet ma' Stefan de Vrij.

    Id-difensur ċentrali ta' Lazio naqas li jiffirma xi dokument wara l-partita kontra Verona, nhar id-19 ta' Frar.

    Id-difensur flimkien mat-tabib ta' Lazio, Angelo Ventura,iltaqgħu mal-aġenzija kontra doping iżda ser ikun hemm aktar investigazzjonijiet.

    Jidher li din mhix kwistjoni li l-player irriżulta pożittiv għal xi sustanza, iżda li naqas jiffirma dokument relatat ma' kampjun li kellu jingħata lill-aġenzija kontra doping.