Southampton ikeċċu lill-coach Mauricio Pellegrino

    Il-club tal-Premier League Ingliż, Southampton keċċew lill-coach Mauricio Pellegrino fejn it-team jinsab punt u post wieħed biss fuq iż-żona tar-relegazzjoni, meta fadal tmien logħbiet biss mit-tmiem dan l-istaġun.

    Is-Saints rebħu biss logħba minn 17-il partita fejn tilfu bl-iskor ta' 3-0 kontra Newcastle nhar is-Sibt.

    Pellegrino ta' 46 sena nħatar bħala coach ta' Southampton minflok Claude Puel, f'Ġunju li għadda.